L-Għaqda Studenteska Għawdxija, GUG, laqgħet b’mod pożittiv l-iskedi u n-nollijiet imħabbra miż-żewġ operaturi li se jkunu qed jieħdu ħsieb is-servizz tal-fast ferry mill-Belt għal Għawdex.
Il-GUG qalet kif temment li din l-inizjattiva se tkun qed ittejjeb il-konnettività bejn Malta u Għawdex bin-nollijiet huma bi prezz maħsub għal kulħadd.
Spjegat kif permezz ta’ din l-inizjattiva, student Għawdxin se jkunu jistgħu jivvjaġġaw kull jum fejn is-sussidji li hemm se jkunu qed jinkoraġixxu lill-istudenti jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Intant, l-għaqda Għawdxija laqgħet ukoll il-fatt li se jkun hemm servizz ta’ shuttle bus għall-postijiet bħall-Università ta’ Malta u anke l-MCAST.