Il-Gvern Messikan ikkundanna xogħol ta’ bini mhux awtorizzat li qed isir biswit il-belt antika ta’ Teotihuacán, viċin Mexico City.
Il-Kunsill Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-monumenti u s-siti storiċi qal li l-gaffi fuq is-sit qed jippreżentaw theddida għal madwar seba’ tomniet ta’ art fuq is-sit protett.
Is-sit ta’ Teotihuacán hija protetta mill-UNESCO, u hija waħda mill-aktar żoni popolari mat-turisti fil-pajjiż.
Il-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda qal li x-xogħol ta’ skavar li qed isir, qed jhedded il-fdalijiet arkeoloġiċi u monumentali li hemm fis-sit, u sejjaħ lill-Gvern tal-Messiku biex jintervjeni ħalli l-esperti jkunu jistgħu jevalwaw il-ħsara li qed issir.