Fl-aħħar sigħat fiequ 6 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 7 każijiet minn fost 2,080 testijiet.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 69 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 916,149 test.
Ingħataw ukoll 490,524 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 310,403 persuni ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 189,055 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, raġel ta’ sittin sena miet waqt li kienet pożittiv għall-Covid-19.