L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, laqgħet b’sodisfazzjon l-iskedi u n-nollijiet taż-żewġ operaturi li se jkunu qegħdin iħaddmu s-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex.
Hija qalet li dawn se jkunu qed joffru servizz kemm għal Għawdxin u anke għat-turisti.
Il-GTA qalet li s-suċċess turistiku tal-gżira Għawdxija jiddependi mill-konnettività tagħha u propju dan is-servizz tal-fast ferry huwa mistenni jsaħħaħ l-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.
L-Assoċjazzjoni sostniet li dan is-servizz juri li hemm ir-rieda politika, li jkun offrut mezz tat-trasport ieħor bil-baħar bejn iż-żewġ gżejjer, mhux biss għar-residenti Għawdxin, imma ukoll għall-Maltin li jmorru Għawdex għal btala u anki għat-turisti.
L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu qalet li temmen li l-fast ferry se jkun qed joffri, mezz ieħor tat-trasport bil-baħar mill-Belt, f’inqas ħin.