Il-kumpanija Torka Taca ġiet ordnata tħallas sbatax-il elf ewro lil wieħed mill-ħaddiema tagħha hekk kif dan fetaħ kawża fil-Qorti Ċivili kontra l-kumpanija wara li għamel sena u tliet xhur bla paga.
Ozan Takucin, il-ħaddiem li fetaħ il-kawża jaħdem bħala speċjalist tal-Ippjanar fi ħdan il-kumpanija Torka b’paga ta’ elfejn u ħames mitt ewro fix-xahar, iżda kien ilu ma jitħallas minn Jannar tas-sena l-oħra.
Il-kumpanija ammettiet li m’onoratx l-obbligu li tħallas is-salarju u għalhekk il-Qorti ordnat lill-kumpanija tħallas il-paga dovuta bl-imgħaxijiet.