Mill-1 ta’ Lulju, dawk il-persuni li jkunu mlaqqma kompletament jistgħu ma jilbsux il-maskra f’postijiet miftuħa, fi gruppi ta’ tnejn.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rrimarka li t-tilqim huwa importanti.
Saħaq li din il-miżura tidħol fis-seħħ kemm il-darba r-rata ta’ infezzjonijiet tibqa’ baxxa.
Qal li fi gruppi ta’ aktar minn tnejn, l-ilbies tal-maskra jibqa’ obbligatorju anki f’postijiet fil-miftuħ.
Id-Deputat Prim Ministru spjega li biex ikun assigurat li tidħol bis-serjetà l-miżura tat-tneħħija tal-ilbies tal-maskri, in-nies għandhom iżommu fuqhom u juru ċ-ċertifikat tal-vaċċin meta mitluba dan minn uffiċjali pubbliċi.