Il-gvern tal-Kongo nieda pjan ta’ evakwazzjoni għall-belt ta’ Goma, wara l-iżbroff ta’ vulkan kbir.
Matul il-lejl li għadda splużjonijiet ta’ lava ffurmaw sħaba kbira tixgħel lewn ħamran li għattiet is-sema fuq il-Muntanja Nyiragongo.
Eluf ta’ residenti li dehru f’paniku ħasbu biex ifittxu refuġju minn dak li kien qed jiġri fil-belt tagħhom, li għandha poplazzjoni ta’ madwar żewġ miljun persuna.
L-istess vulkan żbroffa l-aħħar fl-2002 li ħalla 250 persuna mejta u 120,000 oħra bla saqaf fuq rashom.