Il-produzzjoni teatrali bl-isem ta’ ‘Il-Pożittivi’ hija waħda mill-ewwel produzzjonijet li se jittellgħu wara żmien ta’ nuqqas t’attività fit-teatri Maltin u Għawdxin minħabba l-imxija.
Din il-produzzjoni b’kitba ta’ Simon Bartolo, hija bbażata fuq diversi karattri li jinsabu pożittivi għall-HIV, li minkejja din ir-realtà iebsa, xorta jħarsu lejn il-ħajja b’mod pożittiv.
Id-direttur tal-produzzjoni, Toni Attard spjega kif din il-produzzjoni hija spirata minn stejjer ta’ nies li jgħixu bl-HIV.
Attard stqarr, “Hija spirata minn stejjer ta’ nies f’Malta li jgħixu bl-HIV. Hija produzzjoni li bdejna naħdmu fuqha sentejn ilu u ovjament għalkemm hi spirata, għandha elementi ta’ sitwazzjonijiet fittizji, anke sitwazzjonijiet komiċi imma hemm elementi li jitrattaw is-suġġett u l-istigma marbuta ma’ nies li jgħixu bl-HIV f’Malta llum il-ġurnata.”
L-attur Daniż Chris Vincent spjega li bħala raġel bl-HIV, ħareġ bl-idea li tittella’ produzzjoni realistika dwar is-suġġett hekk kif għad hawn stigma kbira.
L-attur spjega, “We interviewed people living with HIV in the Maltese Islands. This was done seperately by a counsellor and the information was anonymous and sent to Simon Bartolo who would then have all these heartwarming and heart-breaking stories about people on this island and web that into the story that we have now.”
Huwa qal li din il-produzzjoni hija nifs ġdid għalih bħala attur, hekk kif tagħtu pjattaforma biex jaqsam it-talenti tiegħu.
Kompla jistqarr, “It feels amazing to perform as an actor, it feels amazing to be working with my fellow actors and to be on stage and to have this buzz. It’s really important to get the arts going again because this is what makes us feel alive differently with all the other things happening in the world.”