Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, in-numru ta’ vetturi f’pajjiżna żdied b’rata medja ta’ 38 vettura kuljum. Dan skont statistika, ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika.
Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hawn 356,146 vettura liċenzjata f’pajjiżna. Bejn it-tieni kwart tas-sena (bejn April u Ġunju) u t-tielet kwart (bejn Lulju u Settembru) ta’ din is-sena, kien hemm żieda ta’ 1% fl-ammont ta’ vetturi liċenzjati.
- 79% tal-vetturi kollha liċenzjati kienu karozzi
- 13.5% kienu kummerċjali
- 64.5% kienu muturi
- 1% jew inqas kienu karozzi tal-linja jew minibuses.
Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, inħarġu 5,669 liċenzja ġdida bil-maġġoranza tagħhom, 71.7%, nħarġu lil karozzi filwaqt li 981 nħarġu għal muturi. Dan ifisser żieda ta’ 71.2% fin-numru ta’ liċenzji maħruġa lil sewwieqa ta’ muturi meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015.
In-numru ta’ vetturi ġodda li nħarġitilhom il-liċenzja kien ta’ 2,659, filwaqt li 3,100 ta’ dawn il-liċenzji nħarġu għal vetturi użati.
Sal-aħħar ta ‘Settembru ta’ din is-sena, 216,458 tal-vetturi, jiġifieri 60.8% tat-total, kellhom magni petrol, filwaqt li 137,824 tal- vetturi, jiġifieri 38.7%, kellhom magni diesel.