Endri Elezi, Albaniż ta’ 28 sena, li huwa ssuspettat li forna l-armi lil Mohamed Bouhlel f’attakk terroristiku f’Nizza, li ġara f’Lulju tal-2016, ġie estradit lejn Franza.
Elezi ġie estradit wara li f’April li għadda ġie arrestat viċin Napli fl-Italja.
F’dan l-attakk terroristiku li seħħ fl-14 ta’ Lulju 2016, inqatlu 86 persuna, hekk kif trakk tajjar lin-nies, waqt li l-Franċiżi kienu qed jiċċelebraw jum ta’ festa nazzjonali.
L-ISIS kien ħa r-responsabiltà ta’ dan l-attakk, però l-pulizija Franċiża m’għandiex evidenza li Bouhlel huwa parti mill-grupp estremist.