Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Pietà.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt, Pietà.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel li jgħix is-Siġġiewi, intlaqat minn Peugeot Partner, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti Kerċem, Għawdex.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.