Nadim Mharam Abdul Gader, ta’ 39 sena li jgħix iż-Żejtun qed jinżamm arrestat wara li dan kien ilu ma jiffirma fl-għassa taż-Żejtun mit-8 ta’ Mejju.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija sabet lill-akkużat fuq bank fiż-Żejtun fejn hu qal li kien ma jiflaħx u kellu ċertifikat mediku.
L-akkużat xehed li hu kien marid u ma kellu l-ebda raġuni għalxiex ma jffirmax għax kien jaf li jekk jagħmel dan ma jkunx jaqbillu.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.