Adballah Illewe, Sirjan ta’ 21 sena ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li wieġeb ħati li ta fastidju lil mara, waqt li kienet miexja fi triq barra bil-kelb.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Christabelle Chetcuti spjegat kif il-mara kienet miexja bil-kelb f’Birkirkara, fejn intqal ukoll kif l-akkużat qabad lill-vittma minn għonqha.
Dan il-każ ġara bħal-lum ġimgħa.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.