Il-Pulizija tar-Rapid u Special Intervention Units flimkien ma’ dawk tad-Distrett kellhom ħidma sabiex joħorġu raġel li ssakkar f’daru.
Il-każ seħħ fi Triq id-Dejqa, s-Siġġiewi.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel huwa anzjan u għandu rreġistrati fuq ismu numru ta’ armi tan-nar.
Għalhekk il-ħidma tal-Pulizija kellha ssir b’kawtela kbira.
Wara ċertu ħin, il-Pulizija kkonvinċiet lir-raġel sabiex jiftaħ id-dar fejn imbagħad daħal tim mediku sabiex jagħtih xi kura.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza.