Ir-Renju Unit beda jagħmel it-testijiet għal doża addizzjonali tat-tilqima kontra l-Covid-19.
Dawn huma l-ewwel testijiet li qed isiru fid-dinja, fejn se jiġi eżaminat jekk hemmx bżonn ta’ doża oħra tal-vaċċin tal-AstraZeneca, Pfizer, Moderna u Johnson & Johnson, fost oħrajn.
Huwa maħsub li din id-doża addizzjonali se tingħata bejn għaxar u tnax-il ġimgħa wara li tingħata t-tieni doża.
F’dawn l-istudji li qed isiru, qed jiġi analizzat kif se tinkiseb l-immunità għall-virus.