L-Għaqda Ambjentali, Friends of the Earth, qed issejjaħ għal azzjoni kontra l-pestiċidi li jpoġġu l-ħajja tan-naħal flimkien mal-ekosistema f’riskju.
Id-Direttur ta’ FOE, Martin Galea De Giovanni, spjega kif minn informazzjoni li kiseb, membri stati fl-Unjoni Ewropea se jkunu qed jieħdu pożizzjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni tan-naħal li fosthom tinkludi deċiżjoni minn kull stat membru dwar jekk hux lest li jissagrifika 7%, 12% jew 25% tnaqqis mill-kobor tal-kolonji wara li jiġu esposti għal pestiċidi.
Spjega kif meta wieħed jaħseb dwar kif 76% tal-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa jiddependi fuq il-pollinazzjoni, deċiżjoni ħażina jaf tkun ta’ detriment li tħalli effetti ħżiena għall-futur.
Għalekk qed isejħu biex Malta tieħu l-pożizzjoni ta’ tnaqqis ta’ 7% biss tal-kolonji tan-naħal kif ukoll biex Malta tappoġġja l-projbizzjoni nazzjonali tal-pestiċidi sulfoxaflor, cypermethrin u benfluralin.