Jonathan Sammut beda minn nhar it-Tnejn li għadda jmur ix-xogħol bir-rota. Minn San Ġwann mar l-MCAST f’Raħal Ġdid u lura kuljum, bħala esperiment.
Jgħid li s’issa kienet esperjenza tajba ħafna, għaliex f’25 minuta jasal. Ħlief għal meta kellu jieqaf minħabba li kienet ix-xita.
Jipprova jagħżel toroq sekondarji u b’hekk jasal ix-xogħol iktar sigur u aktar rilassat. Jemmen li l-infrastuttura tat-toroq tista’ tkun aħjar, pero konvint minn dan il-metodu ta’ vjaġġar.
“Bla dubju” jwieġeb, meta mistoqsi jirrakkomandax il-vjaġġ lill-ħaddieħor.
https://www.youtube.com/watch?v=cEPbt-N_4iU