Ix-shadow minister nazzjonalista, Marthese Portelli, ħadet sehem fil-programm Dissett. Kliemha stonaw wisq meta mqabbla ma’ ta’ esperti fis-suġġett li tkellmu warajha. Is-suġġett kien it-tanker tal-LNG u f’kampanja ta’ biża’ li qed imexxi l-Partit Nazzjonalista, Marthese Portelli qablitu mat-traġedja nukleari f’Chernobyl.
Chernobyl kien diżastru nukleari, f’April tal-elf disgħa mija sitta u tmenin li mhux biss ħalla persuni mejta b’mod immedjat iżda li wassal ukoll għal eluf ta’ mwiet prematuri fis-snin li segwew. Il-Professur tal-Kimika fl-Universita ta’ Malta, Emanuel Sinagra, innota kif it-tixbiha ma’ Chernobyl mhi flokha xejn.
https://www.youtube.com/watch?v=1gLmvwt9BMI