L-Awtortià tal-Ippjanar ħarġet il-permess għal bini ta’ skola ġdida f’San Pawl il-Baħar, proprju fi Triq il-Port Ruman u Triq Anneto Caruana fiż-żona tal-Qawra. L-iskola l-ġdida se tilqa’ 700 student u sebgħin għalliem. Se tinbena fuq erba’ sulari u fost oħrajn se jkun fiha child care u 29 klassi. Dan minbarra għadd kbir ta’ faċilitajiet moderni oħra. L-iskola se tinkludi wkoll parkeġġ li jesa’ 400 karozza li wara l-ħinijiet tal-iskola se jkun miftuħ għall-pubbliku.