Wara li l-Gvern nieda skema ġdida dwar l-enerġija solari, il-Ministru Konrad Mizzi spjega li l-Gvern jemmen fl-enerġija nadifa, li għandha tilħaq lil kulħadd. Għalhekk permezz ta’ din l-inizjattiva, kull familja se jkollha aċċess għall-enerġija solari. Qal li jistenna li jittieħdu aktar inizjattivi smili mis-settur privat.
Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li hu mistenni li jitnaqqsu 839 tunnellata ta’ emmissjonijiet CO2 mill-arja.