Keith Vassallo u martu Maria Christina Vassallo miż-Żurrieq ingħataw l-ħelsien mill-arrest wara li l-Avukat Ġenerali ma sab l-ebda oġġezzjoni bid-deċizjoni li kienet ħadet l-Qorti tal-Magistrati.
Il-koppja qed tiġi akkużata li impurtat kilogramma ta’ droga sintetika u li ma kinitx għall-użu personali tagħha.
Intqal kif il-ġimgħa l-oħra l-pulizija ssorveljat lil koppja u ġie interċettat pakkett li kien fih id-droga.
Wara li saret tfittxija fid-dar tal-akkużati instabet droga oħra suspettata eroina u kokaina.