Anthea Zammit, li ghandha 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ, bħalissa tinsab f’Hollywood fi Florida fl-Istati Uniti tirrappreżenta lil Malta fid-69 edizzjoni ta’ Miss Universe.
Zammit qed tikkompeti ma’ 80 kontestanta minn madwar id-dinja fejn bħalissa hemm bosta attivitajiet, intervisti u kif ukoll sessjonijiet tar-ritratti biex b’hekk Malta tingħata aktar viżibiltà f’avveniment popolari ferm.
Ilbieraħ ħadet sehem f’xow tal-Kustum Nazzjonali fejn libset l-Għonnella iżda b’xejra differenti.
Illejla se tkun qed tieħu sehem fix-xow preliminari, filwaqt li l-finali se jixxandar il-Ħadd 16 ta’ Mejju bil-ħin Malta jkun is-sagħtejn ta’ filgħodu.