Waslu l-Indja l-għoxrin magna t’ossiġnu li bagħtet Malta proprju ftit tal-jiem ilu. Dan hekk kif l-Indja bħalissa tinsab f’qagħda mwiegħra minħabba l-konsegwenzi serji tal-imxija tal-pandemija COVID-19.
Din id-donazzjoni se toffri soljev qawwi lill-isptar tas-Sagra Familja fil-belt kapitali tal-Indja, New Delhi, li hija fost l-agħar milquta mill-imxija tal-pandemija.
Dan l-apparat qed intbagħat wara li diversi sptarijiet f’New Delhi fl-Indja komplew jibagħtu messaġġi biex jirċievu provvisti ta’ ossiġnu biex isalvaw pazjenti infettati bil-virus.
Din hija inizjattiva illi l-Gvern qed jagħmel fil-kamp umanitarju internazzjonali permezz tal-fond uffiċjali għall-assistenza għall-iżvilupp.