Numru ta’ partitarji ta’ Manchester United reġgħu nġabru barra Old Trafford, sabiex jipprotestaw kontra s-sidien tal-klabb.
Din il-protesta qed issir qabel il-partita bejn Manchester United u Liverpool. L-istess logħba kienet ġiet posposta fil-bidu ta’ dan ix-xahar, wara protesti mill-istess partitarji.
Barra l-grawnd ta’ Manchester United, hemm preżenza kbira ta’ pulizija, fejn poġġew diversi barikati sabiex jevitaw milli jidħlu xi partitarji fil-grawnd.
Minkejja l-protesti fuq barra, il-plejers ta’ Manchester United u Liverpool jinsabu ġewwa f’Old Trafford.