Mit-Tnejn 17 ta’ Mejju, il-vapuri tal-Gozo Channel se jaqilbu għall-iskeda tas-sajf.
Dan qalitu l-kumpanija fi stqarrija, propju ftit jiem wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet bejn il-gżejjer.
F’kumment ma’ ONE NEWS, iċ-Chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina qal kif issa d-domanda se tiżdied, hekk kif bosta Maltin u Turisti mistennija jqattgħu vaganza fil-gżira Għawdxija.
Il-vapuri xorta waħda se jibqgħu joperaw taħt protokolli stretti favur saħħet il-poplu.