Ġar tal-Avukat Carmel Chircop qal li sab l-Avukat mixħut mal-art barra l-garaxx tiegħu u idejh kienu kesħin silġ.
Dan intqal fil-Qorti lhekk kif kompliet il-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio.
Huma qed ikunu mixlija bil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.
Fil-Qorti ntqal ukoll li Ryan Schembri, li kien s-sid tal-MORE Supermarkets, ħarab u biddel l-identità tiegħu biex jaħrab minn Carmel Chircop.
Schembri kellu jagħti lil Chircop mas-seba’ mija u ħamsin elf ewro
Xehed ukoll is-sensar tal-propjetà Peter Barthet, li hu kien introduċa lill-Avukat Chircop, li kien klijent tiegħu, ma’ sidien ta’ maħżen kbir li jinsab f’Ħal Qormi.
Chircop kien għamel il-konvenju fuq dan il-maħżen flimkien ma’ Adrian Agius u Ryan Schembri, tal-aħħar qal li kellu bżonn dan il-maħżen biex iforni lil MORE Supermarkets.
Barthet sostna li l-Avukat Chircop kien lest biex ifittex li dawk li għamlu l-garanzija għal flusu.