Matul ix-xahar li għadda, in-numru ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ proprjetà residenzjali ffirmati kien ta’ 1,130.
Dan ifisser żieda ta’ 540 kuntratt fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.
Matul April li għadda ġew iffirmati wkoll 1,430 konvenju, 1,161 iżjed minn April tas-sena l-oħra.
Il-valur tal-proprjetà mibjugħa jlaħħaq il-€228.4 miljun.
Dan ifisser żieda qawwija fil-valur tal-proprjetà inkwistjoni hekk kif is-somma t’April ta’ din is-sena hija 91.6% iżjed mill-istess xahar tas-sena l-oħra.
Quddiem dawn iċ-ċifri inkoraġġanti waqt pandemija, fuq twitter il-Prim Ministru Robert Abela nnota li l-kuntratti tax-xiri żdiedu bid-doppju u l-konvenji żdiedu b’ħames darbiet aktar.
Qal li l-appoġġ li ta l-Gvern ippermetta li l-familji u n-negozji jkunu f’pożizzjoni li jibnu prosperità ġdida.