Raġel ta’ 39 sena li jgħix il-Ħamrun inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ħebb għal ommu permezz ta’ xabla.
Ir-raġel ċaħad li ħebb għal ommu ta’ 70 sena u nħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-omm.
Ir-raġel qal li ma jaħdimx u jirċievi pensjoni tal-invalidità.