Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet parzjalment rikors imressaq minn Darren Debono dwar poloz ta’ tfaddil li għandu ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni f’pajjiżna.
Dan fl-isfond ta’ sanzjonijiet Amerikani fil-konfront ta’ Darren Debono.
Debona kien ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien mixli b’każ li qed jiġi deskritt bħala l-akbar reat tax-xorta tiegħu u li jinvolvi l-ħasil ta’ miljuni ta’ ewro.
Fir-rikors, l-eks plejer internazzjonali tal-futbol kien talab li jingħata l-flus li għandu f’ żewġ poloz ma’ HSBC Life Assurance intitolati Savings Plan u Private Retirement, u talab lill-Qorti tiddikjara lill-kumpanija m’għandhiex dritt tirrifjutalu din it-talba.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ddikjarat li l-HSBC Life assurance Malta għandha trodd il-flus lil Debono meta titneħħa l-ordni tal-iffriżar tal-assi.
Darren Debono, illum akkużat b’ħasil ta’ flus, kien ġie impjegat bħala persuna ta’ fiduċja tal-eks Ministru Nazzjonalista Joe Borg u li aktar tard kien sar Kummissarju Ewropew.