Ftehim iffirmat bejn l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, u l-Korp tal-Pulizija se jkun qed jipprovdi bażi formali ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet.
Dan se jwassal biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet kif ukoll ittejjeb l-isforz kollaborattiv.
L-MoU hu wieħed minn bosta inizjattivi li l-MFSA se tkun qed taħdem fuwhom sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-istakeholders nazzjonali u internazzjonali. Dan sabiex tiġi indirizzata l-problema b’rabta mal-użu ħażin tas-setturi finanzjarji għal raġunijiet kriminali.
Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, laqa’ din l-inizjattiva li sejħilha importanti biex tifformola u ssaħħaħ ir-relazzjoni eżistenti bejn il-Korp u l-MFSA.