Raġel spara u qatel sitt persuni waqt festin f’Colorado Springs fl-Istati Uniti. Wara, huwa qatel lilu nnifsu.
Is-suspettat kien l-għarus ta’ waħda mill-vittmi, u jidher li saq lejn ir-residenza, daħal ġewwa u qabad jispara lejn in-nies li kienu preżenti qabel ma neħħa ħajtu b’idejh.
Il-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf.
Il-vittmi huma kollha adulti minkejja li fil-ħin li seħħ il-każ kien hemm preżenti numru ta’ tfal.
L-identità tal-vittmi u l-aggressur għadhom ma ġewx ippubblikati.