F’Każ li fetħet il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qalet li l-Polonja qed tmur kontra l-liġi Ewropea permezz tal-ħatra tal-ġudikanti. Dan qalu l-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea.
Fl-2019 il-Kummissjoni Ewropea ħadet passi kontra l-Polonja, hekk kif ir-riformi l-ġodda li saru fil-ġudikatura ma kinux qed jipproteġu l-ġudikati mill-proċess politiku. Filfatt l-Unjoni Ewropea qalet li l-Polonja m’għandhiex saltna tad-dritt taħdem kif xieraq.
F’April li għadda, l-istess Qorti sabet li l-Gvern Malti ma kienx qed jikser il-liġi Ewropea bl-għażla tal-ġudikanti, u innutat li Malta qatt ma ħadmet kontra s-saltna tad-dritt u l-liġi Ewropea.
Bid-differenza għall-każ tal-Polonja, il-każ dwar Malta nfetaħ mill-għaqda Reppublika u mhux mill-istituzzjonijiet Ewropej, permezz tal-avukati tagħha Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.