Xufier ta’ vettura jista’ jgħoddha b’waħda wara li nqaleb bil-vettura f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00 ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni nqaleb bil-vettura.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ineħħu l-periklu mit-triq.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.