Eric Sciberras Balbi ta’26 sena minn Tal-Pieta kien ordnat iħallas €268,000 lill-eks tfajla tiegħu.
Dan wara li nstab ħati li kkawżalha diżabilità permanenti ta’ 40% meta għamiha minn għajn waħda b’daqqa ta’ tazza li kisser f’wiċċha.
Il-każ imur lura għal Ottubru tal-elfejn u tnax, meta l-vittma Veronica Muscat, dak iż-żmien ta’ għoxrin sena, kienet qed tistenna lil Sciberras Balbi għand ommu jiġi lura minn interview għal xogħol.
Meta wasal, qal li l-paga ma kinitx tajba u għalhekk ma kienx interessat. Muscat qaltlu li aħjar jibda jaħdem, bl-imputat jirrabja u jitfalha t-taxxa li kienet qed tixrob minna ġo wiċċha.
B’rabta ma’ dan il-każ, Sciberras Balbi kien diġa weħel disa xhur ħabs