Filmat imtella’ minn student li allegatament juri abbuż fuq edukatur se jiġi investigat.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li nġibditilha l-attenzjoni dwar filmat li ttella’ minn student fuq il-mezzi soċjali.
Qalet li hija immedjatamet talbet lis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni biex issir investigazzjoni dwar il-każ u wara jittieħdu l-passi dixxiplinarji li l-każ jeħtieġ.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li ma tittollera ebda abbuż, tkun xi tkun il-materja tiegħu, lejn l-edukaturi li b’tant dedikazzjoni u impenn qed jieħdu ħsieb l-edukazzjoni ta’ wliedna.