L-Indja qalet li l-varjant doppju tal-Coronavirus li ġie skopert ftit inqas minn xahrejn ilu, jaf għandu rabta mat-tieni mewġa qattiela fil-pajjiż.
Ħafna mill-kampjuni tat-testijiet pożittivi f’diversi stati b’numri għoljin ta’ każijiet, irriżultaw li kellhom dan il-varjant preżenti.
Uffiċjal miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Kontroll tal-Infezzjonijiet qal li minkejja dan il-ħsieb, għad trid tiġi stabbilita rabta uffiċjali.
Varjant doppju huwa meta żewġ varjanti jingħaqdu flimkien fl-istess virus.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, l-Indja rreġistrat erba’ mija u tnax-il elf każ ta’ COVID-19 u tlett elef, disa’ mija u tmenin mewt.
Konsulent xjentifiku tal-Gvern wissa li huwa diffiċli ħafna li t-tielet mewġa tkun evitata.