L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux se jibqa’ sieket quddiem il-gideb biex jiddefendi l-integrità tiegħu.
Delia qal dan ma’ ONE News barra l-Parlament illejla fl-isfond tal-iżviluppi li qed iseħħu fil-Partit Nazzjonalista mimlija ġlied bejn id-deputati taż-żewġ fazzjonijiet fil-grupp parlamentari ta’ Bernard Grech.
Barra l-Parlament, fejn ma dehrux la Bernard Grech u lanqas Jason Azzopardi, Delia kkummenta dwar is-sejħa ta’ laqgħa urġenti tal-eżekuttiv mill-Kap Nazzjonalista.
Delia qal li qed jassumi li l-laqgħa tal-eżekuttiv se tittratta kitbietu fuq Facebook tal-bieraħ filgħaxija, fejn akkuża lil Jason Azzopardi b’gideb u qerq.
Adrian Delia għamilha ċara li qatt iktar mhu se jippermetti min bil-paroli fil-vojt jattakka l-integrità tiegħu.
Lil Jason Azzopardi reġa’ sfidah li jew jissostanzja l-affarijiet jew inkella jirtira dak li hu sejjaħ bħala insinwazzjonijiet.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/05/05/bil-filmat-delia-jaghmilha-cara-li-mhux-se-jibqa-sieket-quddiem-il-gideb/
https://www.one.com.mt/2021/05/05/bernard-grech-imgieghel-isejjah-laqgha-tal-ezekuttiv-wara-l-kitba-ta-adrian-delia/
https://www.one.com.mt/2021/05/05/delia-jakkuza-lil-azzopardi-bgideb-u-qerq-u-jisfidah-biex-ifittxu-1/