L-eks President Amerikan Donald Trump se jibqa’ sospiż mis-sit soċjali Facebook wara li l-Bord tas-sit iddeċieda dan fost appelli biex Trump jitħalla juża s-sit mill-ġdid. Minkejja dan, il-bord ikkritika d-deċiżjoni iebsa iżżejjed tas-sospensjoni u qal li mhux tal-istess kejl bħal każijiet oħra.
Trump kien tneħħa mill-mezzi soċjali wara l-irvellijiet f’Capitol Hill f’Jannar li għadda.