Skada ż-żmien stipulat li matulu l-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu kellu jaħtar Gvern ġdid.
Hu kellu 28 jum ċans biex jifforma Gvern ta’ koalizzjoni wara r-raba’ elezzjoni ġenerali inkonklussiva f’sentejn.
Dan ifisser li issa, il-President tal-pajjiż jista’ jqabbad politiku ieħor biex jagħmel koalizzjoni, iżda dan jitfa’ riskju li l-pajjiż ikollu jmur għal elezzjoni ġenerali oħra.
Rapporti qed isemmu l-possibbiltà li l-President diġà identifika lil min se jagħżel għal dan, iżda m’hemm l-ebda konferma.