Premier Capital, il-kumpanija Maltija li għandha l-liċenzja sabiex taħdem f’sitt iswieq Ewropej ta’ McDonald’s irreġistrat profitt qabel it-taxxa ta’ €19-il miljun.
Għalkemm dan hu tnaqqis fuq sena qabel meta ma kienx hemm pandemija, ġie rimarkat li McDelivery u McDrive ddeterminaw is-saħħa tal-operat matul il-pandemija.
Il-grupp qal li kompla bl-istrateġija ta’ investiment bil-ftuħ ta’ ħames ristoranti ġodda filwaqt li sar l-uniku sid tan-negozju fir-Rumanija wara li akkwista s-sehem ta’ 10% li kien f’id azzjonist wieħed.