Fl-2016, bejn Jannar u Settembru saru 168 ċiklu tal-IVF ġewwa l-isptar Mater Dei u s’issa twieldu 42 tarbija mill-IVF’s li saru fl-isptar Mater Dei bejn Jannar 2015 u Diċembru 2015.
Dan irriżulta minn mistoqsija parlamentari li saret mill-Membru Parlamentari Luciano Busuttil, fejn saqsa lill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, in-numru ta’ koppji li għamlu l-IVF fl-isptar Mater Dei matul l-2016 u kemm twieldu tfal permezz ta’ din il-proċedura.
Il-Ministru għas-saħħa spjega li miċ-ċikli tal-IVF’s li saru ġewwa Sptar Mater Dei bejn Jannar 2016 u Lulju 2016, 30 koppja oħra qed jistennew tarbija.