Ferħ ta’ qattus spiċċa fil-Faċilità tal-WasteServ.
Kien wieħed mill-ħaddiema li ntebaħ bil-ferħ tal-qattus li jidher konfuż dwar fejn seta’ spiċċa.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-WasteServ laqgħu lill-qattus li sejħulu bħala tigra żgħira kuraġġjuża.
Tennew kif jisperaw li l-ferħ ta’ qattus spiċċa fil-faċilità minn jheddu bi żball, u mhux att mhux xieraq minn xi persuna li mhix responsabbli.