Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ttawwal bi tmien xhur l-għajnuna billi ma jitħallasx il-VAT u dazju fuq xiri t’apparat mediku minn pajjiżi oħra.
Din l-għajnuna sal-aħħar tas-sena tapplika wkoll għal xiri ta’ ilbies protettiv biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-imxija.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lis-Sur Alan Mamo, Direttur fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana fuq: 25685110 jew permezz tal-email: alan.mamo@gov.mt