L-Indja se tibda bit-tilqim kontra l-COVID-19 tal-adulti kollha li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena. Dan se jsir waqt li t-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet li qed tħalli numru ta’ fatalitajiet.
Madanakollu, numru ta’ stati qed jgħidu li m’għandhomx biżżejjed dożi biex ilaqqmu lill-popolazzjoni kollha.
Il-programm tat-tilqim bħalissa jinsab fi kriżi wkoll hekk kif il-kura tas-saħħa tilfet il-kontroll tas-sitwazzjoni tal-COVID-19.
Intant, fis-sigħat bikrin tas-Sibt sptar ieħor ħa n-nar li ħalla 12-il persuna mejta. Dan isegwi każijiet oħra ta’ nirien fl-isptarijiet li seħħew kmieni din il-ġimgħa.