Il-Wasteserv nediet kampanja ta’ għarfien, li turi x-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema ta’ din l-aġenzija.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, li faħħar ix-xogħol siewi tal-ħaddiema tal-Wasteserv.
Semma kif waqt il-pandemija, il-ħaddiema tal-Wasteserv komplew bil-ħidma tagħhom b’mod normali, minħabba li s-servizz li jagħtu huwa wieħed essenzjali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca qal kif din il-kumpanija waqqfet sezzjoni ġdida biex toffri appoġġ lill-ħaddiema li jkunu għaddejjin minn sfidi relatati max-xogħol.
Qal li l-kumpanija temmen dwar l-importanza ta’ dawn il-ħaddiema, biex pajjiżna jkompli jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu fil-qasam tar-riċiklaġġ.