Il-bejgħ tal-kontraċettivi reġa’ żdied f’pajjiżi fejn tneħħew restrizzjonijiet marbuta mal-imxija, fosthom it-tneħħija tal-lockdowns.
Studju mill-kumpanija ġganteska ta’ prodotti differenti, Reckitt, juri li marka partikolari ta’ kontraċettivi rat żieda qawwija fil-bejgħ tal-kontraċettivi fl-ewwel kwart ta’ din is-sena.
Fost l-oħrajn iż-żieda fil-bejgħ kienet irrappurtata fiċ-Ċina.
Il-kumpanija qalet li s-sena l-oħra, malli faqqgħet il-pandemija, in-nies kienu jkollhom inqas x’jaqsmu sesswalment flimkien.
L-esperti qalu li dan jista’ jkun minħabba l-istress u l-ansjetà li ġabet magħha l-pandemija.
Intqal li issa inqas nies qed jixtru mediċini marbuta mal-irjiħat u l-influwenza minħabba li bosta kienu xtraw bil-quddiem dawn it-tip ta’ mediċini.