Tmien persuni tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu serjament f’nirien li ħakmu hostel illegali fil-kapitali Latvjana, Riga.Pumpiera ssejħu f’appartament fis-sular ta’ fuq tal-binja ta’ sitt sulari fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa.
Minn tal-inqas erbgħa u għoxrin persuna ġew evakwati mill-binja waqt li kienet qed taqbad, u wħud sofrew minn ħruq u kien hemm min bela’ d-dħaħen.
Huwa mifhum li l-maġġoranza tal-vittmi kienu turisti.
L-awtoritajiet qalu li l-Pulizija talbu għall-għajnuna biex jiġu identifikati l-vittmi filwaqt li ssejħu persuni apposta biex jassistu fil-komunikazzjoni mal-vittmi minħabba li jitkellmu b’lingwi differenti.