It-tieni mewġa meqjusa feroċi ta’ infezzjonijiet ta’ COVID-19 fl-Indja wasslet biex in-numru ta’ każijiet fatali minħabba l-istess virus, qabeż il-mitejn elf.In-nies qegħdin imutu waqt li jistennew għas-sodod, hekk kif l-ossiġnu qed jispiċċa u l-isptarijiet qed jikkrollaw taħt pressjoni mid-domanda qawwija ta’ żieda fil-pazjenti.
Mil-lum, l-adulti kollha fil-pajjiż li għandhom iktar minn tmintax-il sena, jistgħu japplikaw biex jieħdu l-vaċċin kontra l-Coronavirus, minkejja li l-uffiċjali qed iwissu li m’hemmx biżżejjed.
Sa issa huma inqas minn tnejn fil-mija tal-popolazzjoni li tlaqqmu kontra l-COVID-19, u l-President Amerikan Joe Biden qal li l-Amerka se tibgħat xi tilqim fl-Indja.
L-Indja rat każijiet ta’ Coronavirus fl-aħħar sebat ijiem, iktar minn kull pajjiż ieħor fid-dinja.