Il-President Amerikan Joe Biden mistenni jsejjaħ għat-tiġdid tal-għajnuniet soċjali u jħabbar l-akbar pakkett ta’ benefiċċji sa mis-sittinijiet, fl-ewwel indirizz tiegħu ta’ sessjoni konġunta tal-Kungress.
Meta kien qed jitkellem lejliet il-mitt jum tiegħu fit-tmun tal-Istati Uniti, il-President Demokratiku qal li mistennija jintefqu mal-erba’ triljun dollaru Amerikan fuq il-kura tat-tfal, l-edukazzjoni u l-liv tal-familja.
Biden diġà approva pakkett ta’ għajnuna ta’ żewġ triljuni għall-effetti tal-pandemija.
L-istorja se tinkiteb ukoll għaliex għall-ewwel darba waqt diskors fil-Kungress, se jkun hemm żewġ nisa; il-Viċi-President Kamala Harris u l-Ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi.