Raġel ta’ 44 sena mill-Manikata ġie arrestat mill-Pulizija tal-qasam tal-Protezzjoni tal-Ambjent wara li kellu fil-pussess tiegħu tajra protetta.
Dan wara li dalgħodu għall-ħabta tal-11:00, il-Pulizija ġiet infurmata li fl-inħawi tal-Miżieb, fil-limiti tal-Mellieħa, kaċċatur spara fuq kuċċarda.
Il-kuċċarda nstabet mejta fil-karozza tal-kaċċatur wara li saret tfittxija mill-Pulizija kif waslu fuq il-post.
Fil-bwiet tal-ġakketta tal-allegat kaċċatur instab ukoll rix tal-istess għasfur.
Ir-raġel qed jinżamm fid-Depot u mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest fil-jiem li ġejjin.
Kreditu: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta